Il-Pulizija qiegħda tinvestiga żewġ inċidenti separati, li fihom persuni tilfu ħajjithom waqt li kienu qegħdin jgħumu. L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas- 1:00 a.m., xħin il-pulizija ġiet infurmata li ftit talħin qabel, raġel ta’ 25 sena minn Nepal u residenti Ħal Qormi, kien iddaħħal l-Isptar Mater Dei, wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum fl-inħawi tal-Exiles, f’Tas-Sliema.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-vittma niżel jgħum ma’ xi ħbieb meta għal xi raġuni sab ruħu f’diffikultà. Kienu sħabu stess tellgħuh l-art, u minnufih sejħu għall-għajnuna. Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit ħin wara li ttieħed l-isptar.
Intant, aktar tard, għall-ħabta tas-7:15 a.m, intalbet ukoll lassistenza tal-pulizija fil-Bajja tax-Xlendi wara li xi persuni lemħu persuna mitlufa minn sensiha fil-baħar. Nies li kien hemm fil-viċin taw l-ewwel għajnuna u tellgħu lir-raġel mill-baħar. Minnufih wasal tim mediku, iżda sfortunatament, ir-raġel ta’ 67 sena residenti l-Munxar Għawdex , kien iċċertifikat mejjet.