Sunday, November 24, 2024

Żewġ persuni jmutu wara li restorant f’Madrid jieħu n-nar

Aqra wkoll

Mill-inqas żewġ persuni mietu u mill-inqas 10 oħrajn spiċċaw midrubin hekk kif restorant fil-kapitali Spanjola Madrid ħa n-nar wara li wejter kien qed “isajjar” platt Flambé.

Wieħed mill-midrubin jinsab fil-periklu tal-mewt u ħamsa oħra sofrew ġrieħi gravi.

Jirriżulta li fir-restorant li kien qed iservi l-ikel fi platti ta’ plastik ftit oħxon, u waqt li wejter kien ħdejn mejda jsallar flambé għal xi raġuni tilef il-kontroll tan-nar li kellu fuq il-platt u l-istess nar infirex b’mod mgħaġġel mar-restorant kollu.

L-ikel biex jissajjar flambé jiġi miksi bi spirtu qawwi ħafna u l-wejter jagħtih in-nar biex l-ikel jieħu togħma aħjar.

Skont dak li qed jiġi rraportat fil-midja Spanjola, l-inċident seħħ ħdejn medja li kienet ħdejn il-bieb ta’ barra u għalhekk ħadd mill-klijent ma setax joħroġ biex jevita n-nirien.

Wieħed mill-vittmi kien impjegat fl-istess restortant hekk kif jidher li minflok ipprova jitlaq ‘il barra beda jipprova jikkontrolla n-nirien.

Is-Sindku ta’ Madrid f’kumment li ta lill-midja qal li fil-ħin tal-inċident fir-restorant kien hemm mill-inqas 30 persuna kif ukoll membri tal-istaff.

Hu sostna li kienu l-ħaddiema tat-tifi tan-nar ma marru fuq il-post f’inqas minn għaxar minuti, kien ikun hemm ħafna aktar vittmi.

Il-pulizija Spanjola qed tmexxi investigazzjoni dwar dan il-każ.

Sport