Sunday, May 18, 2025

Żewġ persuni jmutu wara li vapur navali Messikan ħabat f’Brooklyn Bridge fi New York

Aqra wkoll

Żewġ persuni mietu u 19-il persuna oħra sfaw midrubin hekk  kif bastiment navali Messikan li kien qiegħed fuq taħriħ spiċċa ħabat f’Brooklyn Bridge fil-belt ta’ New York fl-Istati Uniti.

Il-Pulizija qalu li abbord il-bastiment kien hemm 277 persuna u mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-magni ma baqgħux jaħdmu bil-konsegwenza li l-kaptan kien qiegħed jipprova jikkontrolla l-istess bastiment.

Iżda kien kollu għal xejn hekk kif il-kaptan tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’wieħed mill-aktar pontijiet prominenti li hemm fil-belt ta’ New York.

Nick Corso, wieħed mir-residenti li jgħix fiż-żona u li fil-ħin tal-inċident kien hemm qal li “kien hemm ħafna twerżieq fuq il-bastiment” u “kulħadd kien imwerew u f’paniku” filwaqt li sostna li b’xorti tajba ma mietux aktar nies.

Kien is-Sindku ta’ New York Eric Adam li fuq X ikkonferma li kien hemm żewġ persuni li tilfu ħajjithom filwaqt li 19-il persuni oħrajn jinsabu fil-periklu tal-mewt.

Qal ukoll li kull persuna li kien hemm abbord instabet u ħadd minnhom ma waqa’ jew qabeż fil-baħar waqt il-ħin tal-inċidenti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport