Sunday, May 5, 2024

Żewġ persuni l-Isptar wara argument fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-1.00 a.m. meta l-Pulizija ġew imsejħa fi Triq il-Kapillan Mifsud wara li allegatament kien hemm żewġt irġiel jargumentaw.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post fejn irriżulta li l-irġiel li kienu qed jargumentaw kienu taħt l-effett tal-alkoħol. Kien għalhekk li fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex ikun jista’ jassisti lill-persuni involuti.

Kelliem għall-Pulizija qal lil dan il-ġurnal li ma jirriżultax li ż-żewġ persuni sofrew xi ġrieħi, iżda ddaħħlu l-Isptar minħabba l-effetti tax-xorb.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport