Kien għall-ħabta tal-5.30am meta l-Pulizija ġew informati li fi Triq Sir Anthony Mamo f’Birkirkara kien seħħ inċident tat-traffiku.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li sewwieq ta’ mutur ta’ 57 sena residenti l-Imsida li kien qiegħed isuq mutur Honda spiċċa kellu mpatt ma’ Nissan March li fiha kien hemm mara ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post mar tim mediku li taw l-assistenza liż-żewġ persuni u wara ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw dan il-każ.