Żewġ persuni kellhom jiddaħlu l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tal-11.00am kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi Triq Żejfa limiti tal-Mosta.
Jirriżulta li l-inċident seħħ bejn trakk u karozza. Dan is-sit jinsab informat li s-sewwieq tal-karozza flimkien mal-passiġġier huma l-persuni li ddaħlu l-Isptar Mater Dei.
Filwaqt li l-passiġġier jidher li sofra biss ġrieħi ħfief, il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha pendenti.
It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.

