Thursday, April 9, 2026

Żewġ persuni l-Isptar wara inċident tat-traffiku l-Fgura

Aqra wkoll

Żewġ persuni kellhom jiddaħlu l-Isptar wara li għall-ħabta ta’ 11.45am kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fil-Fgura.

Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li l-inċident seħħ bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 31 sena minn San Ġiljan u karozza Ford Fiesta li kienet misjuqa minn raġel ta’ 60 sena residenti Wied il-Għajn.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanzi li ħadu liż-żewġ sewwieqa l-Isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni tagħhom s’issa għadha mhux magħurfa filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport