Monday, February 3, 2025

Żewġ persuni l-isptar wara li kienu nvoluti f’inċidenti separati tat-traffiku f’Għawdex

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-7.30am meta l-Pulizija fl-Għassa tar-Rabat Għawdex ġew informati li kien seħħ inċident bejn karozza u mutur fi Triq Santa Katerina fix-Xewkija.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-ħabta seħħet bejn mutur tal-għamla Kentoya li kien misjuq minn raġel ta’ 66 sena residenti Ta’ Sannat u karozza Ford Fusion li kienet misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti x-Xewkija.

Mal-ħabta s-sewwieq tal-mutur spiċċa mal-art.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li assistew lis-sewwieqa. Is-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi filwaqt li tal-mutur ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.

Intant, ftit tal-ħin wara għall-ħabta tat-8.10am l-istess uffiċjali tal-Pulizija ġew informati li kienet seħħet ħabta bejn karozza u mutur fi Triq San Anard – eżatt quddiem l-entratura tal-Lidl.

F’dan l-inċident kien hemm involuti Toyota Vitz li kienet misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti x-Xagħra u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 22 sena residenti x-Xagħra.

Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li ħadu s-sewwieq tal-mutur l-isptar għal aktar kura, filwaqt li s-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi.

Il-kundizzjoni taż-żewġ sewwieqa s’issa għadha mhix magħruf.

Il-pulizija mill-Għassa tar-Rabat Għawdex qegħdin jinvestigaw dawn iż-żewġ inċidenti.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport