Tuesday, July 29, 2025

Joqtol lit-tifel tas-sieħba u lir-raġel tat-tifla tiegħu

Aqra wkoll

Il-kelliem tal-Pulizija waqt li kien qiegħed jindrizza qal li l-vittmi huma raġel ta’ 51 sena residenti s-siġġiewi u raġel ieħor ta’ 57 sena residenti r-Rabat.

Jirriżulta li l-pulizija qiegħda tfittex lill-allegat aggressur ta’ 72 sena li hu residenti Ħaż-Żebbuġ. Il-kelliem tal-Pulizija qal li l-vittmi huma t-tifel tas-sieħba tal-allegat aggressur u l-vittma l-ieħor hu r-raġel ta’ binu.

Dan is-sit jista’ jikkonferma li l-aggressur qiegħed f’idejn il-pulizija.

S’issa ma hemm l-ebda informazzjoni jekk l-arma instabitx jew anke kemm ġew sparati tiri biex inqatlu ż-żewġt irġiel.

Aktar kmieni: Il-qtil jidher li sar dwar xi wirt

Il-pulizija għaddej bi tfittxija għal allegat aggressur… Il-pulizija qiegħda tfittex ukoll lejn ix-Xemxija. It-tfittxija qiegħda ssir ukoll permezz ta’ ħelikopter.

Il-midja lokali qiegħda tirraporta li l-allegat qattiel għandu 72 sena u jgħix Ħaż-Żebbuġ. Wieħed mill-vittmi għandu 57 sena u jgħix ir-Rabat waqt li l-ieħor għandu 51 sena u jgħix is-Siġġiewi.

Dan is-sit qiegħed jistenna l-konferma mill-kelliem tal-Pulizija.

Aktar tard: Il-qtil jidher li sar dwar xi wirt

Dan is-sit għandu informazzjoni li l-vittmi huma rġiel u l-allegat aggressur hu tal-istess familja. Sorsi qrib dan is-sit qalulna li l-qtil seħħ minħabba wirt.

 Proprju x’ħin seħħ id-delitt kellu jkun hemm quddiesa minn Fr Joe Abela fil-kappella tal-Kunċizzjoni. Minħabba l-kommossjoni li inqalgħet, Fr Joe mar jagħti l-assistenza tiegħu. 

Il-quddiesa bdiet madwar kwarta wara bil-qassis deher imbikkem u leħnu miksur.  Għal xi ħin fl-isfond instemgħa ukoll għajat u biki.

Aktar kmieni: ŻEWĠ PERSUNI MAQTULA FI SPARATURA FIR-RABAT

Żewġ persuni tilfu ħajjithom wara sparatura li seħħet ftit tal-ħin ilu fl-inħawi tal-knisja tal-Kunċizzjoni limiti tar-Rabat Malta.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jirriżulta li l-pulizija jinsabu għaddejjin bi tfittxija għall-allegat aggressur.

L-ewwel indikazzjonijiet juru li l-vittmi huma Maltin u kienu jafu sew lil xulxin.

Fuq il-post assista tim mediku, filwaqt li hawn preżenza qawwija ta’ Pulizija.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud għadu kemm wasla fuq il-post.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport