Friday, December 20, 2024

Żewġ persuni transgender eletti għall-ewwel darba fil-Parlament Ġermaniż

Aqra wkoll

F’għadd ta’ pajjiżi madwar id-dinja qed naraw dejjem aktar u aktar persuni transgender jokkupaw karigi għoljin. Fejn tidħol fl-għola istituzzjonijiet jiġifieri l-Parlament, dawn il-każi huma ferm u ferm inqas.

Biss kien hemm żvilupp mill-aktar importanti fl-elezzjoni fil-Ġermanja. Dan hekk kif għall-ewwel darba ġew eletti żewġ persuni transgender.

Dawn huma Tessa Ganserer u Nyke Slawik, membri tal-Partit tal-Ħodor.

Ganserer għandha 44 sena. Hi kisbet l-akbar ammont ta’  voti fl-istat tal-Bavarja fejn kienet ilha tokkupa l-kariga ta’ deputat fi ħdan il-Parlament reġjonali mill-2013. Slawik, ta’ 27 sena, ġabret l-akbar ammont ta’ voti fin-naħa ta’ fuq tal-Ġermanja f’Rhine-Westphalia.

It-tama hi li dan l-iżvilupp ikompli jinfirex f’elezzjonijiet oħra madwar l-Ewropa.

Ekonomija

Sport