Il-lejla tal-5 ta’ Awwissu tal-2025 se tibqa’ mnaqqxa fil-memorja tal- komunità ta’ Maniago fl-Italja. Dan hekk kif żewġ subien ta’ dsatax-il sena, Fabio Rosa u Danilo Boz , tilfu ħajjithom f’inċident tat-traffiku f’mina li tgħaqqad Maniago ma’ Frisanco.
Il-karozza li kienu qed jivvjaġġaw fiha, b’żewġ subien oħra tal-età tagħhom abbord, f’daqqa waħda spiċċat fil-karreġġjata opposta, u ħabtet frontalment ma’ karozza oħra.
L-impatt kien fatali għaż-żewġ ġuvintur. Is-sewwieq, tfajjel tal-età tagħhom, weġġa’ serjament iżda ħajtu mhix fil-periklu. Il-mara ta’ 72 sena li kienet qed issuq il-karozza l-oħra wkoll sofriet ġrieħi ħfief u ttieħdet l-Isptar ta’ Pordenone.