Żewġ uffiċjali tal-Pulizija, is-Surġent Karl Vella Cassia u l-Ispettur Stacy Gatt, mistennija jitressqu l-Qorti nhar il-25 ta’ Lulju li ġej quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke.
Huma qed jaffaċċjaw akkużi dwar il-qtil involontarju ta’ Richmond Tong, il-proxxmu ta’ 35 sena mill-Imtarfa, li nqatel fid-Depot tal-Pulizija. Barra minn hekk, is-Surġent Vella Cassia qed jiġi mixli li ta xhieda falza meta saret l-inkjesta Maġisterjali dwar il-mewt ta’ Tong.
Il-każ imur lura għall-24 ta’ Ġunju 2020, meta Tong kien qed ibati minn aċċessjoni waqt li kien jinsab arrestat. Huwa miet fil-lock-up għall-ħabta tal-3:40 a.m.
Dakinhar li seħħ il-każ ingħad li għalkemm ingħatat assistenza medika immedjatament, sfortunatament ftit tal-ħin wara r-raġel kien iċċertifikat mejjet. Però, skont xi rapporti li qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali, qed jingħad li l-Pulizija naqsu milli jipprovdulu assistenza medika minħabba li allegatament kien ikkonsma xi sustanza (x’aktarx droga) ftit tal-ħin qabel.
Il-qraba ta’ Tong qalu li r-raġel miet għaliex il-Pulizija naqsu milli jagħtuh l-assistenza meħtieġa.