Saturday, January 24, 2026

Żewġ Rumeni jingħataw sentenza sospiża b’rabta ma’ serqa minn ħanut fl-ajruport

Aqra wkoll

Żewġ Rumeni ammettew l-involviment tagħhom f’serqa minn ħanut li jinsab fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Għal dan huma ġew ikkundannati sentenza sospiża.

Dragos Ionel Radu ta’ 48 sena, ammetta quddiem li fis-17 ta’ Jannar ta’ din is-sena wettaq serqa ta’ flus kontanti u diversi oġġetti oħra minn ħanut fl-ajuport.

L-imputat l-ieħor, George Polizu ta’ 54 sena ammetta wkoll li kien fil-pussess ta’ oġġetti li rriżultaw li kienu misruqa. 

Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo fis-sentenza tagħha qalet li wieħed irid jikkonsidra li l-flus u l-oġġetti misruqa kienu kollha rkuprati mill-Pulizija u jinsabu fil-kustodja tagħha, u li dawn se jiġu ritornati lis-sidien leġittimi tal-ħanut.

Qalet ukoll li l-imputatti ammettew il-ħtija fi stadju bikri tal-proċeduri. Kien għalhekk li wara li semgħet ix-xhieda mressqa mill-Prosekuzjoni sabithom ħatja fuq ammissjoni tagħhom stess u kkundannathom sentejn ħabs sospiżi għal perjodu ta’ erba’ snin. 

L-Ispettur Christian Abela mexxa l-prosekuzzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport