Saturday, December 14, 2024

Żewġ sewwieqa bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Għall-ħabta ta’ 00.30am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla Renault Megan misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti Marsaskala u vettura oħra tal-għamla Landrover Discovery misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Mellieħa.

Iż-żewġ xufiera sofrew xi ġrieħi u ngħataw l-għajnuna minn tim mediku. Huma ttieħedu l-
Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport