Thursday, November 14, 2024

Żewġ sewwieqa jsofru ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Żewġ persuni ddaħħlu l-isptar wara li bejn il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq is-Siġġiewi f’Ħaż-Żebbuġ.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-2:45 a.m u minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Nissan Qashqai misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti l-Imqabba u Citreon C4 misjuqa minn mara ta’ 20 sena residenti Birkirkara.

Fuq il-post issejħu ambulanzi u tim mediku li assistew lis-sewwieqa sakemm setgħu jittieħdu lejn l-isptar Mater Dei fejn aktar tard irriżulta li kienu sofrew minn ġrieħi gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport