Saturday, December 21, 2024

Żewġ sewwieqa Maltin b’impennji fl-Italja fi tmiem il-ġimgħa

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa żewġ sewwieqa tat-tlielaq tal-karting, Ella Zammit ta’ 18-il sena u Ryan Borg ta’ 24 sena, it-tnejn GP Racing Karts Drivers, jinsabu fl-Italja qed jippreparaw biex jikkompetu fit-tiġrijiet tal-ftuħ ta’ Kartsport Circuit Races f’Sette Laghi Castelletto di Branduzzo.

Ella qed issuq fil-klassi Senior X30, u Ryan jinsab fil-klassi Senior OK. Sewwieq tat-tlielaq Taljan, u eks champion Alex Machado qed jikkowċja lil Ella u Ryan f’Sette Laghi.

F’Malta wkoll fi tmiem il-ġimgħa, Island Car Club qed jorganizza l-1 Round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb fil-Ġnejna nhar il-Ħadd, 5 ta’ Marzu.

Ekonomija

Sport