Sunday, December 22, 2024

Żewġ sewwieqa ta’ muturi jweġġgħu gravi f’inċidenti separati

Aqra wkoll

Żewġ sewwieqa ta’ muturi qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li kienu involuti f’inċidenti separati tat-traffiku.

L-ewwel inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-1.30 p.m. fi Triq Pantar, Ħal Lija, xħin seħħet ħabta bejn Isuzu Elf, misjuq minn raġel ta’ 28 sena residenti l-Qrendi u mutur Honda NSC110 misuq minn raġel ta’ 31 sena residenti l-Għargħur.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

It-tieni inċident seħħ illum, għall-ħabta tas-6.00 a.m. fi Triq il-Wied tal-Imsida. Minn stħarriġ li sar fuq il-post irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Yaris, misjuqa minn raġel ta’ 59 sena residenti l-Qrendi u mutur Super Soco TC Max, misjuq minn raġel ta’ 26 sena residenti Raħal Ġdid.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lis-sewwieq tal-mutur u ttieħed permezz t’ambulanza fl-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dawn l-inċidenti għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport