Friday, September 26, 2025

Żewġ sewwieqa tal-muturi l-Isptar wara ħabta f’Birkirkara

Aqra wkoll

Aktar kmieni għall-ħabta tal-4:30 p.m., il-Pulizija marret tassiisti fi Triq Dun Karm f’Birkirkara minħabba inċident 

Minn stħarriġ illi sar jirriżulta li sewwieq ta’ mutur li għandu 37 sena residenti Ħal Għargħur ħabat ġo mutur ieħor li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 56 sena residenti s-Swieqi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-assistenza liż-żewġ sewwieq, sakemm dawn ittieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. 

Sa issa l-kundizzjoni taż-żewġ sewwieqa għadha pendenti. L-investigazzjonijiet tal-Pulzija għadhom għaddejjin 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport