Tuesday, May 27, 2025

Żewġ sigrieti prinċipali tal-hyrox huma l-konsistenza u d-dixxiplina miegħek innifsek … jekk ikollok dawn it-tnejn tasal – Daniela Farrugia

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-Hyrox?

Wara li bdejt immur nittrenja ma’ ‘The Club Fitness’ u rajt id-dedikazzjoni dwar dan l-isport, li mhux biss jikkonsisti f’ġiri imma anke sessjonijiet ta’ saħħa u kompetizzjoni, kienet xi ħaġa li ħajritni iktar nibda nippratttikah. 

X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa fosthom fil-jiem li għaddew f’Valencia?

Valencia kienet l-ewwel tellieqa tiegħi barra minn pajjiżna, waqt li jien għamilt l-għażla li nidħol għat- tellieqa bħala “solo” Ii jfisser li tikkompeti waħdek għax hemm anke għażla li tidħol għaliha ma’ partner ma jiddispjaċini xejn, għalkemm tkun aktar ta’ sfida u iebsa wara li jirnexxielek tlesti jkun ta’ ‘achievement’ kbir għalik. Waqt li l-hyrox bħala tellieqa hija li iktar kemm tlestiha malajr iktar tmur tajjeb, il-ħin tiegħi għall-ewwel darba kien ta’ siegħa u 28 minuta, Mhux l-aqwa ħin li tista’ tikseb peró għall-ewwel tellieqa waħdi ġewwa pajjiz ieħor, meta nikkunsidra li ma tantx kont ilni li bdejt nittrenja il-hyrox ftit xhur biss u proprju qabel it-tellieqa kont ilni xahar wieqfa minħabba li għamilt ġimgħatejn msiefra fit-tul u eżatt x’ħin ġejt lura kont ma niflaħx, għalija kien ħin sodisfaċenti. Issa qed inħares ‘il quddiem ħafna għal tellieqa oħra. 

Kif tqis il-livell tal-Hyrox f’pajjiżna fil-preżent?

Kuntenta mmens li ġewwa pajjiżna, il-hyrox daħal ġmielu u hawn passjoni kbira fuqu li iktar kemm qiegħed jgħaddi żmien, iktar qiegħed jikber. 

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Kuntenta mmmens li mal-club li nittrenja miegħu “The Club Fitness” mhux biss għandna post ideali fejn nistgħu nipprattikaw dan l-isport imma wkoll ikollna kompetizzjonijiet ta’ tlielaq f’livell professjonali minn żmien għall-ieħor. 

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek flil-Hyrox?

Nixtieq li nkompli nikber fih u ovvjament wara kull tellieqa dejjem nikseb ħin aħjar minn dak li nkun kisbt l-aħħar. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-Hyrox.

L-ewwel ħaġa li ħadd m’għandu jaqta qalbu. Nisma’ ħafna persuni li jixtiequ jippruvaw dan l-isport peró peressli jinvolvi ġiri u anke stazzjonijiet ta’ saħħa jaqtgħu qalbhom! Peró, dan kulħadd jibda mill-bidu xi darba jew oħra bħalma bdejt jien u kif jgħidu “practice makes perfect”. Diment li l-ħaġa vera tixtieqha, tagħmilha. Żewġ sigrieti prinċipali tal-hyrox huma l-konsistenza u d-dixxiplina miegħek innifsek … jekk ikollok dawn it-tnejn tasal!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport