Monday, December 23, 2024

Żewġ Somali arrestati b’rabta ma’ pussess u traffikar tad-droga

Aqra wkoll

Żewġ Somali ta’ 45 sena u ta’ 33 sena ġew arrestati fi Ġnien Spinola, f’San Ġiljan, mill-Pulizija tal-Komunità ta’ San Ġiljan.

Waqt li kienet qed issir ronda bil-pass madwar San Ġiljan, il-pulizija nnutaw żewġ persuni li kienu qegħdin jaġixxu b’mod suspettuż u wieħed minnhom deher jgħaddi baskett lill-ieħor.

Għalhekk il-pulizija marru fuqhom, waqqfuhom u għamlu tfittxija fuqhom fejn irriżulta li fil-baskett kien hemm pakketti bid-droga suspettata kokaina u kannabis.

L-irġiel qegħdin jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana u mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tal-11.00a.m., quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras.

Ekonomija

Sport