Wednesday, February 11, 2026

Żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta jweġġgħu f’inċident bejn 4 karozzi f’Tal-Barrani… wieħed minnhom iweġġa’ gravi

Aqra wkoll

Żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta spiċċaw weġġgħu f’inċident li seħħ għall-ħabta tan-12.30am fi Triq tal-Barrani.

Kelliem għall-pulizija qal li ż-żewġ uffiċjali kienu f’karozza tal-għamla Peugeot 208. Is-sewwieq hu raġel ta’ 38 sena residenti Ħal Għaxaq filwaqt li l-passiġġier hu raġel ta’ 28 sena residenti Raħal Ġdid.

Fl-inċident kienu involuti BMW misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena min-Nadur u Mercedes misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena minn Wied il-Għajn.

Il-kelliem għall-Pulizija qal lil dan is-sit li ż-żewġ uffiċjali ta’ TM weġġgħu u ttieħdu l-Isptar Mater Dei. Ġie stabbilit li r-raġel ta’ 28 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif filwaqt li dak ta’ 38 sena l-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.

Intant il-Ministru Chris Bonett b’reazzjoni għal dan l-inċident kiteb li “Solidarjetà maż-żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta li dal-lejl sfaw vittmi ta’ inċident serju waqt li kienu qed jagħmlu xogħolhom.

Inċident li ħallieni b’rabja kbira. Kollox jindika li seħħ sforz traskuraġni kbira u nuqqas ta’ rispett fit-toroq tagħna. Seta’ faċilment ġie evitat. 

Il-liġijiet, kampanji ta’ għarfien u l-infurzar huma importanti imma daqstant ieħor huwa kruċjali li nimxu mar-regolamenti u nirrispettaw lil xulxin fis-sewqan. 

Nawgura liż-żewġ uffiċjali fejqan ta’ malajr u nsellem u nirringrazzja lill-uffiċjali kollha li ta’ kuljum jagħtuna servizz importanti ħafna.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport