Sunday, December 22, 2024

Żewġ uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar aggrediti u mhedda minn individwu waqt infurzar f’Ta’ Qali 

Aqra wkoll

Hekk kif ilbieraħ kienet għaddejja ħidma relatata ma’ konformità u infurzar f’Ta’ Qali, żewġ uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar sfaw aggrediti u mhedda fiżikament minn individwu.

Fil-madwar dak il-ħin, kienet qed issir ronda minn uffiċjali ta’ Transport Malta u għalhekk dawn marru immedjatament fuq il-post sabiex iwaqqfu lill-individwu.

Fuq il-post intbagħtet ambulanza, minħabba li waħda mill-uffiċjali kienet tinsab taħt xokk u kellha bżonn kura medika.

Barra minn hek, fuq il-post issejħu diversi uffiċjali tal-pulizija. L-agressur mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Dan qalitu l-Awtorità tal-Ippjanar fi stqarrija, fejn esprimiet is-solidarjetà u l-appoġġ tagħha mal-uffiċjali tagħha. Hija qalet li ikkundanna bla riżervi kull forma ta’ fastidju jew abbuż dirett lejn uffiċjali pubbliċi li jaqdu dmirijithom

Ekonomija

Sport