Żewġ uffiċjali tal-LESA weġġgħu f’inċident li seħħ it-Tlieta waranofsinhar f’Raħal Ġdid.
Kien għall-ħabta tas-2.30 p.m. meta l-Pulizija kienu infurmati li kien għadu kif seħħ inċident fi Vjal Santa Luċija.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li vettura tas-servizz tal-LESA ħabtet fil-barrikati tat-triq. Fil-karozza kien hemm żewġ uffiċjali nisa li sofrew xi ġrieħi.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard, ix-xufiera ta’ 51 sena ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif filwaqt li l-passġiera, mara ta’ 52 sena ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.