Saturday, October 26, 2024

Żewġ uffiċjali tal-pulizija mixlija bil-qtil involontarju ta’ Richmond Tong

Aqra wkoll

Żewġ uffiċjali tal-pulizija tressqu l-Qorti b’rabta mal-mewt ta’ raġel waqt li kien fil-kustodja tal-pulizija fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. 

Stacy Gatt ta’ 28 sena minn Ħaż-Żebbuġ u Karl Nikolai Vella Cassia ta’ 35 sena mir-Rabat tressqu b’ċitazzjoni quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke akkużati bl-omiċidju involontarju ta’ Richmond Tong. 

Tong tilef ħajtu matul il-lejl tal-24 ta’ Ġunju 2020. Huwa mifhum li Tong kien arrestat wara li kiser ir-regolamenti tat-traffiku u nstab li kien hemm id-droga kannabis fil-vettura tiegħu meta saret tfittxija fiha. 

Vella Cassia waħdu kien mixli li ta xhieda falza taħt ġurament quddiem il-maġistrat inkwerenti Josette Demicoli. 

Iż-żewġ akkużati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom. Huwa mifhum ukoll li ż-żewġ uffiċjali ġew sospiżi minn xogħolhom fid-dawl ta’ din il-kawża kriminali pendenti. 

Il-każ ikompli f’Settembru.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent Victor Aquilina u l-Ispettur Daryl Borg

L-Avukat Giannella de Marco asisstiet lil Gatt mentri l-Avukat Joe Giglio deher għal Vella Cassia.

Għall-familja tal-vittma dehru l-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb. 

Sport