Friday, November 15, 2024

Żewġ żgħażagħ ħatja li kisru sieq tifel fil-Belt

Aqra wkoll

Żewġ żgħażagħ ta’ 17-il sena li isimhom ma jistax jixxandar fuq ordni tal-qorti minħabba li għadhom taħt l-età, tpoġġew fuq probation għal tliet snin kif ukoll ġew ordnati biex jagħmlu 60 siegħa xogħol fil-komunità.

Dan wara li huma nstab ħatja mill-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Lara Lanfranco li f’Jannar li għadda ħallew tifel ta’ 15-il sena b’siequ miksura minn żewġt ibnadi wara li kienu nvoluti fi ġlied fil-Belt Valletta.

Il-prosekuzzjoni qalet li l-ġlieda seħħet bejn għadd ta’ żgħażagħ fil-21 ta’ Jannar fi Triq Merkanti għall-ħabta tal-10.00pm. L-akkużati li ammettew l-akkużi kontra tagħhom, instabu ħatja wkoll li kkaġuna biża’ lil erba’ żgħażagħ oħrajn u anke li kienet se tintuża l-vjolenza kontrihom. HUma kienu akkużati wkoll li attakkawhom u li għajruhom, kif ukoll li weġġgħu lil żewġ persuni oħra li huma taħt l-età.

Il-Qorti qieset l-ammissjoni bikrija tal-akkużati u anke l-fedina penali nadifa tagħhom. Hija kkonsidrat ukoll r-rakkomandazzjonijiet tal-uffiċjal tal-probation.

Għall-akkużati dehru l-avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri, u Franco Debono u Francesca Zarb.

Ekonomija

Sport