Saturday, December 21, 2024

Żewġ żgħażagħ jindarbu wara inċident tat-traffiku f’Għawdex

Aqra wkoll

Żewġ persuni ndarbu wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:15 a.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Ingliż ta’ 28 sena kien tilef il-kontroll tal-quad bike Kymco li kien qiegħed isuq u nqaleb. Fuq il-quad bike kien hemm ukoll Ingliża ta’ 25 sena. 

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. 

Aktar tard, iż-żagħżugħa ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi filwaqt li ż-żagħażugħ sofra ġrieħi ħfief. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport