Monday, December 23, 2024

Żewġ żgħażagħ jinstabu qawwijin u sħaħ wara jiem mitlufin f’żona remota ħafna fl-Awstralja

Aqra wkoll

Żewġ persuni Awstraljani, li kienu ntiflu f’żona remota ġewwa Northern Territory, instabu mill-pulizija. L-uffiċjali qalu li kien miraklu li dawn it-tnejn baqgħu ħajjin. Mahesh Patrick ta’ 14-il sena u Shaun Emitja ta’ 21 sena nstabu f’żoni differenti qrib Alice Springs. Huma kienu qed isofru minn nuqqas ta’ ilma u għeja.

Iż-żgħażagħ kienu ntilfu l-ġimgħa li għaddiet wara li l-vettura tagħhom weħlet fit-tajn meta kienu għaddejjin minn din iż-żona remota. Minħabba li ma setgħux jaqilgħu l-karozza minn postha, huma ddeċidew li jqattgħu l-lejl fiha u l-għada filgħodu jmorru jfittxu l-ilma.

Ġara li huma mxew ħames kilometri lejn għolja meta ndunaw li kienu sejrin fid-direzzjoni żbaljata. L-awtoritajiet qalu iż-żgħażagħ imxew f’dik li ħasbu li kienet id-direzzjoni lejn Sandover Highway – l-unika triq arterjali li tgħaddi bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tar-reġjun. 

Ġara li hekk kif dawn infirdu Mahesh instab mill-awtoritajiet u kien strumentali biex għen lill-pulizija jfittxu lil Emitja permezz ta’ ħelikopter. 

Ekonomija

Sport