Żewġ persuni kellhom jiddaħħlu l-Isptar Mater Dei wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tan-00:30 kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq is-Santwarju f’Ħaż-Żabbar.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żagħżugħ ta’ 25 sena residenti ż-Żejtun u tfajla ta’ 24 sena residenti Ħaż-Żabbar kienu ntlaqtu minn Toyota Aygo misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti Birżebbuġa.
Fil-post issejjaħ tim mediku u żewġ ambulanzi li ħadu liż-żewġ żgħażagħ lejn l-Isptar għal iktar attenzjoni medika. Aktar tard iż-żagħżugħ ġie ċertifikat li sofra ġrieħi gravi filwaqt li t-tfajla sofriet ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.