Saturday, March 14, 2026

Żewġ żgħażagħ mixlija li darbu ieħor fi ġlieda fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Żewġ żgħażagħ ġew mixlija fil-Qorti li darbu gravi żagħżugħ ieħor fi ġlieda fil-Belt Valletta. 

L-imputati huma żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħal Tarxien u żagħżugħ ieħor ta’ 15-il sena residenti ż-Żurrieq.

Fil-Qorti nstema’ li l-allegat każ seħħ fit-3 ta’ Jannar li għadda, fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.

L-imputati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom, bid-Difiża titlob għall-ħelsien mill-arrest tagħhom, liema talba ġiet milqugħa mill-Qorti wara li semgħet is-sottomissjiet mill-partijiet.

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena ngħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €2,000 filwaqt li l-imputat ta’ 15-il sena ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500.

Il-Qorti imponiet ukoll ordni ta’ superviżjoni fil-konfront tal-imputati filwaqt li nħarġet ordni ta’ protezzjoni favur l-allegat vittma. 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Kristina Bartolo mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Elisia Scicluna. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport