Sunday, March 22, 2026

Żewġ żgħażagħ Taljani jitilfu ħajjithom f’inċident tat-traffiku f’Milan

Aqra wkoll

Inċident li ġibed l-attenzjoni tal-midja kollha Taljana kien dak li seħħ f’Milan fejn żewġ żgħażagħ tilfu ħajjithom f’inċident tat-traffiku fil-belt Taljana ta’ Milan.

Perer Kuranage, ta’ 23 sena residenti f’Lucca, u Elisa Teodora ta’ 20 sena residenti f’Locate di Triulzi.

Huma kienu qegħdin isuqu mutur u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li ma waqfux meta d-dawl qaleb aħmar bil-konsegwenza li ħabtu ma’ taxi.

Ix-xufier tat-taxi wkoll ittieħed l-isptar minħabba li sofra ġrieħi ħfief. 

Iż-żewġ żgħażagħ ġew iċertifikati mejta fuq il-post.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport