Sunday, December 22, 2024

“Żewġi u binti huma r-rigal ta’ ħajti”… Il-kundizzjoni ta’ Sandy saħħitha fil-fidi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fiż-żjara tal-Papa Franġisku fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu f’Għawdex, spikkaw il-messaġġi ta’ xi persuni li qasmu l-esperjenzi tagħhom mal-Kap tal-Knisja Kattolika.

Tkellmu fost l-oħrajn Sandy u Domnic. Sandy spjegat li ż-żwieġ tagħhom kien jidher li se jkun wieħed mimli b’avventuri, iżda erba’ biss wara li żżewġu sofriet minn ‘multiple sclerosis’; kundizzjoni ta’ saħħa li ħallietha b’diffikultà ta’ mobbiltà. Tkompli li minkejja li ma kinitx faċli għalihom, dejjem sabet ir-rifuġju fil-fatt li għaliha żewġha u bintha kienu r-rigali ta’ ħajjitha.

Domnic minn naħa tiegħu qal li martu għalih hija r-rigal ta’ ħajtu u qal li għalkemm kien hemm żmien fejn staqsa għaliex huma jew numru ta’ mistoqsijiet oħrajn, l-imħabba ta’ bejniethom kompliet tissaħħaħ u mhux bil-kontra.

Preżenti għal dan ir-rakkont tagħhom quddiem il-Papa Franġisku kien hemm ukoll binthom u żewġha u li fi ħdanhom kellhom liċ-ċkejkna li se tkun tista’ ssejjaħ lil Sandy u Domnic bħala nanniet.

Ekonomija

Sport