Tuesday, May 14, 2024

Żewġt ifrieħ ta’ qtates jinstabu magħluqa f’borża tal-karti f’Għawdex

Aqra wkoll

Żewġt ifrieħ ta’ qtates li għandhom madwar tlieta jew erba’ ġimgħat instabu magħluqa f’borża tal-karti mal-ġenb tat-triq f’Għajnsielem.

Id-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali f’Għawdex qal li apparti l-moħqrija li tagħmel azzjoni bħal din, it-tbatija li qed jgħaddu minnha dawn il-ħlejjaq hija bla kliem. 

“Għaliex, meta tista’ tavviċinana biex tikseb voucher ta’ neutering b’xejn?” staqsa d-Direttorat filwaqt li appella lin-nies biex f’każ li jkollhom bżonn l-għajnuna jistgħu dejjem jagħmlu kuntatt magħhom fuq 79691717. 

Sport