Il-Pulizija arrestat żewġt irġiel b’rabta ma’ allegat serq minn supermarket fi Triq Gort f’San Ġiljan.
Wara rapporti li saru, il-Pulizija lbieraħ wettqu sorveljanza fl-akkwati, fejn għal xi l-5:30 p.m. ġew infurmati li fil-ħanut kien hemm żewġt irġiel li allegatament huma l-istess persuni li serqu xi affarijiet f’okkażjonijiet separati mill-istess post.
Għaldaqstat il-Pulizija segwewhom fl-imsemmi ħanut fejn innutawhom jitfgħu xi oġġetti fil- bwiet tal-ġkieket. Minnufih ġew avviċinati, twaqqfu u minn tfittxija li saret fuqhom instabu affarijiet, allegatament misruqin.
Iż-żewġt irġiel, wieħed ta’ 39 sena mis-Somalja u residenti l-Munxar u ieħor ta’ 32 sena mill- Eritreja residenti l-Gżira, ġew arrestati u wara ttieħdu l-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ.
Huma mistennija jitressqu l-Qorti llum, għal ħabta tan-12:30 p.m. , quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella b’akkużi relatati ma’ serq.