Thursday, December 18, 2025

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ serqa fuq mara qrib iċ-Ċimiterju tal-Addolorata

Aqra wkoll

Żewġt irġiel wieħed ta’ 37 sena u ieħor ta’ 35 sena, it-tnejn li huma minn Ħal Qormi ġew arrestati b’rabta ta’ invesigazzjonijiet li l-Pulizija dwar serqa minn fuq mara qrib iċ-Ċimiterju tal-Addolorata.

Il-Pulizija qalu fi stqarrija li nhar il-11 ta’ Diċembru li għadda, meta għall-ħabta tat-8.00a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li hemm mara mal-art b’xi ġrieħi f’parkeġġ fil-viċinanzi taċ-Ċimiterju tal- Addolorata, f’Raħal Ġdid.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-vittma, mara ta’ 43 sena, kienet mixja f’dawk l-akwati, u raġel liebes maskra, attakkaha minn wara u ħadilha l-baskett li fih kien hemm mobile u ammont ta’ flus kontanti. Wara, ir-raġel daħal f’karozza li kienet qed tistennieh, fejn fiha kien hemm persuna oħra u ħarbu minn fuq il-post.

Il-mara ttieħdet fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid għal kura, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif.

Minn stħarriġ li sar u wara li ġew analiżżati numru ta’ filmati tas-sigurtà, ġew identifikati, kemm l-allegat ħalliel kif ukoll ix-xufier tal-vettura.

Iż-żewġ persuni mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tas-1.30pm. quddiem il-Maġistrat Dr Gabriella Vella LL.D.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport