Friday, October 31, 2025

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ serqiet minn residenzi ta’ anzjani

Aqra wkoll

Żewġt irġiel ta’ 38 u 51 sena ġew arrestati wara investigazzjonijiet b’rabta’ ma’ serqa u attentat ta’ serqa minn residenzi privati ta’ anzjani, fl-Imġarr u Ħal Għaxaq.

L-ewwel każ seħħ fid-19 ta’ Ottubru, f’residenza li tinsab fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr. Millinvestigazzjonijiet illi saru rriżulta li persuna jew persuni mhux magħrufa kienu sgassaw il-bieb ta’ barra ta’ residenza u minnha kienu nsterqu madwar €18,000 fi flus kontanti.

It-tieni każ seħħ fis-26 ta’ Ottubru, meta l-Pulizija ġew infurmati li persuna sgassat bieb ta’ barra ta’ dar li tinsab fi Triq San Filippu, f’Ħal Għaxaq. Iżda għal xi raġuni, l-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post mingħajr ma laħaq daħal.

B’rabta ma’ dawn il-każijiet, ġew identifikati ż-żewġt irġiel li allegatament huma nvoluti. Huma mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tas-1:30 p.m.,
quddiem il-Maġistrat Dr Marseann Farrugia LL.D.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport