Wednesday, February 18, 2026

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga fil-Marsa

Aqra wkoll

Waqt li lbieraħ għall-11.00am il-Pulizija kienu fuq ronda ta’ rutina fi Triq Il-Marsa, il-Marsa nnutaw grupp ta’ persuni li qajmu suspett.

Il-pulizija waqqfu lil dawn il-persuni u minn tfittxijiet li saru fuq Somalu ta’ 31 sena residenti l-Marsa, instabu 60 qartas b’sustanza suspettata kannabis sintetika, filwaqt li fuq Somalu ieħor ta’ 30 sena residenti San Ġwann, instabu 7 qratas oħra bl-istess sustanza, flimkien ma’ flus kontanti.

Iż-żewġ persuni ġew arrestati, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport