Wednesday, July 2, 2025

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ żewġ serqiet 

Aqra wkoll

Waqt li kienu għaddejjin l-investigazzjonijiet b’rabta mas-serqa ta’ dan il-lejl f’Tas-Sliema, għall-ħabta tal-11:30 a.m., , il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa oħra, din id-darba minn ħanut fi Triq Tal-Balal, San Ġwann. 

Jirriżulta li żewġt irġiel mgħammda u armati b’sikkina daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lill-kaxxiera. Wara ħarbu minn fuq il-post b’Toyota Ractis ta’ lewn aħmar. 

Ftit mumenti wara s-serqa, waqt li l-Pulizija kienet qed tagħmel tfittxijiet għal l-imsemmija vettura, innutawha tinstaq fil-Ħamrun. Din twaqqfet fi Triq Mountbatten, fejn ix-xufier, Malti ta’ 42 sena u residenti Birżebbuġa, ġie arrestat. 

Mill-investigazzjonijiet illi saru, jirriżulta li fis-serqa ta’ Tas-Sliema, iż-żewġ ħallelin użaw ukoll l-istess vettura. Intant, aktar investigazzjonijiet wasslu għall-arrest tat-tieni allegat ħalliel, Libjan ta’ 37 sena, residenti Tas-Sliema.

Huwa ġie arrestat fir-residenza tiegħu. Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D fejn ħatar inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija fiż-żewg każijiet għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport