Żewġt irġiel ikkundannati sentenza sospiża wara li darbu lil xulxin

0
50

Żewġt irġiel kienu kkundannati sentenza sospiża wara li ammettew li darbu lil xulxin b’mod ħafif.

Andre Carlos Spiteri, ta’ 26 sena, u Santino Diego Boschetto ta’ 19-il sena, it-tnejn residenti f’Dar Papa Franġisku, tressqu l-qorti separatament u ġew mixlija li kkawżaw ġrieħi ħfief lil xulxin.

Spiteri waħdu ġie mixlija li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u li għexu ħajja ta’ għażż u vagabondaġġ. Iż-żewġt irġiel ammettew għall-akkużi miġjuba kontrihom.

Spiteri kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin filwaqt li Boschetto ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal sentejn.

Fil-każ ta’ Spiteri, il-Qorti ordnat ukoll il-konfiska ta’ €3,000 li kien tħallas bħala depożitu għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Clayton Abela u Ylenia Maria Xerri.