Sunday, November 24, 2024

Żewġt irġiel iweġġgħu gravi f’inċident bil-mutur f’Santa Venera

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tat-2:45 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Reġjonali, Santa Venera.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Indjan ta’ 31 sena residenti Tas-Sliema kien tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Peugeot

Tweet, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu. Fuq il-mutur kien hemm ukoll passiġġier raġel, li l-età tiegħu għadha mhix magħrufa.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi li ħadu liż-żewġt irġiel lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport