Sunday, November 24, 2024

Żewġt irġiel iweġġgħu gravi f’inċidenti separati tat-traffiku

Aqra wkoll

Tliet persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku lbieraħ filgħaxija.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30 p.m., fi Triq il-Qawra, San Pawl il- Baħar. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Ingliż ta’ 63 sena, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Peugeot, u waqa’. Flimkien miegħu, kien hemm ukoll Ingliża ta’ 61 sena.

It-tieni inċident ġara għall-ħabta tad-9:30 p.m., fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il- Ħamrun. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 55 sena residenti Tas-Sliema, intlaqat minn Suzuki Super Carry, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 72 sena residenti l-Belt Valletta.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ Ingliżi kif ukoll ir-raġel ta’ 55 sena ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika. Aktar tard, iż-żewġt irġiel ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport