Wednesday, January 15, 2025

Żewġt irġiel iweġġgħu gravi f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku

Aqra wkoll

Żewġ irġiel ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku kmieni dalgħodu.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45 a.m., fi Triq Anton Cassar, fil-il-Marsa. Mill-ewwel stħarriġ, irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Suzuki misjuq minn raġel ta’ 21 sena residenti l-Fgura u karozza Toyota Vitz misjuqa min mara ta’ 21 sena residenti Ħal Qormi.

It-tieni inċident ġara għal ħabta tat-8:00 a.m., fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun. Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li Taljan ta’ 30 sena li joqgħod Ħal Għaxaq, kien qiegħed isuq mutur Yamaha, tilef il-kontroll u waqa’.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ xufiera tal-muturi ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport