Raġel iddaħħal l-isptar wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-3:00 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Mensija, San Ġwann.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Yamaha YBR125 misjuq minn raġel 52 sena residenti s-Swieqi u vettura Nisssan Navara misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti San Ġwann.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Intant it-tieni inċident seħħ aktar kmieni llum għall-ħabta tal-5:00 a.m., fejn raġel iddaħħal l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Buqana, ir-Rabat.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Keeway Logik misjuq minn raġel 65 sena residenti ir-Rabat u vettura Mercedes Benz misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti Pembroke.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta maż-żewġ każijiet għadhom għaddejjin.