Sunday, November 10, 2024

Żewġt irġiel jeħlu erba’ snin ħabs kull wieħed fuq serq u ħasil ta’ flus

Aqra wkoll

Żewġt irġiel mill-Ġorġja kienu kkundannati erba’ snin ħabs kull wieħed wara li wieġbu ħatja għal akkużi dwar serq minn residenzi u ħasil ta’ flus.

L-irġiel, Valdas Martinaitis ta’ 31 sena mil-Litwanja u Kakhaber Lomtadze ta’ 45 sena, kienu mixlija li ħadu sehem fi grupp involut f’attivitajiet kriminali. 

Il-każi ta’ serq seħħew bejn Frar u Ġunju tal-2019, f’diversi lokalitajiet fosthom il-Fgura, Pembroke, Birkirkara, Marsaxlokk u Birżebbuġa.

Minbarra l-4 snin ħabs kull wieħed, il-Maġistrat Gabriella Vella mmultat lil Lomtadze €2,100 filwaqt li Martinaitis immultatu €42,831 u ordnatlu jħallas lura lill-vittmi tas-serqiet tiegħu s-somma ta’ €39,000.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Saviour Baldacchino, Shawn Pawney u Pawl Camilleri.

Sport