Żewġt irġiel, wieħed ta’ 36 sena li jgħix Birkirkara u ieħor ta’ 47 sena li jgħix Ħal Qormi, ingħataw kura f’ċentru tas-saħħa wara li kienu involuti f’argument bejniethom. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:00 a.m fl-Armier, fil-limiti tal-Mellieħa.
Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-argument beda bejn iż-żewġt irġiel u wara kienu involuti ukoll mara ta’ 49 sena li tgħix Ħal Qormi u mara ta’ 33 sena li tgħix Birżebbuġa. Allegatament waħda min-nisa tat daqqa ta’ ħadida lir-raġel ta’ 36 sena.
Ir-raġel ta’ 36 sena ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi, filwaqt li r-raġel ta’ 47 sena kellu ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.