Thursday, December 19, 2024

Żewġt irġiel jindarbu gravi wara argument f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Żewġt irġiel, wieħed ta’ 37 sena u ieħor ta’ 40 sena, weġġgħu gravi wara argument bejniethom.

Dan seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10.00p.m. f’residenza fi Triq il-Biċċieni, Ħaż-Żabbar.

Iż-żewġt irġiel ittieħdu għall-kura fl-Isptar Mater Dei u aktar tard huma ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport