Saturday, December 28, 2024

Żewġt irġiel jindarbu gravi wara argument f’Tas-Sliema

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dalgħodu, għall-ħabta tal-11:30 a.m, il-Pulizija intalbet għall-għajnuna wara argument bejn żewġ persuni fi Triq il-Kulleġġ l-Antik, Tas-Sliema.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ argument bejn raġel ta’ 46 sena li jgħix il-Ħamrun u raġel ieħor ta’ 23 li jgħix l-Iklin. Jidher li l- ġlieda bdiet fit-triq u kompliet f’residenza fl-istess triq. Waqt dan l-arġument allegatament intuża flixkun tal-ħġieġ.

Ir-raġel ta’ 23 sena mar il-Poliknika tal-Furjana filwaqt li r-raġel ta’ 46 sena ittieħed l-Isptar Mater Dei. Iż-żewġt irġiel ġew iċċertifikati li għandhom ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport