Żewġt irġiel kellhom jiddaħlu l-isptar wara li għall-ħabta tal-11.45 kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa l-Mellieħa.
Jirriżulta li l-ħabta seħħet bejn karozza Ford Fiesta misjuqa minn raġel ta’ 83 sena residenti Birkirkara u miegħu passiġġier kellu raġel ta’ 62 sena wkoll minn Birkirkara. Dawn iż-żewġ persuni kellhom jiddaħlu l-Isptar Mater Dei minħabba ġrieħi li sofew.
Filwaqt li l-karozza l-oħra BMWX1 kienet misjuqa minn mara ta’ 50 sena residenti ż-Żurrieq u magħha kellha passiġġiera tfajla ta’ 17-il sena miż-Żurrieq ukoll. Dawn tal-aħħar ma sofew l-ebda ġrieħi.
Il-kundizzjoni tal-persuni li ddaħlu l-isptar s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.