Sunday, November 24, 2024

Żewġt irġiel min-Nepal iweġġgħu gravi f’inċident bil-mutur fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Żewġt itġiel min-Nepal weġġgħu gravi wara li kienu nvoluti f’inċident bil-mutur fil-Mellieħa.

Il-Pulizija qalu li għall-ħabta tal-5.00pm tal-bieraħ ġew informati b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Prajjiet, il-Mellieħa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel min-Nepal u joqgħod San Pawl il-Baħar, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Kymco, bil-konsegwenza li waqa’. Flimkien miegħu, kien hemm raġel ieħor min-Nepal u residenti San Pawl il-Baħar ukoll.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei biex jingħataw l-kura meħtieġa. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport