Saturday, December 21, 2024

Żewġt irġiel se jitressqu l-Qorti wara li nqabdu fil-pussess ta’ droga

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żewġt irġiel, Malti u Alġerin, ġew arrestati f’ħidmiet separati mill-Pulizija tad-Distrett u tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. Iż-żewġ persuni nqabdu fil-pussess ta’ ammont ta’ droga.

Raġel ta’ 31 sena li joqgħod Wied il-Għajn ġie arrestat wara li fuqu nstabu 29 qartas, suspettata droga kokaina. Ir-raġel kien arrestat sbieħ it-Tnejn filgħodu waqt li kien qiegħed isir kontroll tat-traffiku mill- Pulizija tad-Distrett, fi Triq Sant’Antnin, Wied il-Għajn.

Kienu l-11:30 p.m xħin il-Pulizija nnutat karozza Suzuki li kienet qiegħda tinstaq fid- direzzjoni tagħhom u f’mument minnhom waqfet fil-ġenb tat-triq. Il-Pulizija għamlu sinjal lis-sewwieq biex isuq ‘il quddiem, iżda kien meta s-sewwieq ra lill-pulizija javviċinawh, meta huwa reġa’ beda jsuq bil-mod fid-direzzjoni tagħhom u twaqqaf.

Instab li s-sewwieq kellu l-liċenzja tiegħu revokata u b’hekk ġie ordnat biex joħroġ mill-karozza. Saret tfittxija fil-vettura, fil-preżenza tas-sewwieq u nstabu diversi pakketti trasparenti tal-plastik bi trab abjad fihom, x’aktarx droga kokaina. Instab ukoll ammont ta’ flus kontanti.

F’każ separat, ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn, waslet għall- arrest ta’ raġel Alġerin ta’ 30 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar fuq suspett ta’ traffikar ta’ droga mill- Pjazza tal-Balluta.

Minn tfittxija li saret fuqu ġew elevati boroż b’pilloli suspettati ecstasy, kif ukoll kokaina, ħaxixa u raża tal-kannabis, allegatament lesti biex jiġu ttraffikati.

Iż-żewġt irġiel mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tan-nofsiegħa quddiem il-Maġistrat Dr Caroline Farrugia Frendo.

Ekonomija

Sport