Thursday, August 28, 2025

Żewġt itfal mietu u 17 oħra weġġgħu wara raġel beda jispara fi skola fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Robin Westman ta’ 23 sena, li ġie dentifikata bħala l-agressur, beda jisparaw minn twieqi lejn grupp ta’ tfal li kienu fi Skola Kattolika f’Minneapolis fl-Istati Uniti.

Hu kellu tliet armi tan-nar differenti li skont l-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li xtarhom legalment.

Żewġt itfal ta’ tmien u għaxar snin inqatlu f’dan l-attakk li seħħ ilbieraħ filgħodu. Minn fost il-17-il midruba, 14 minnhom huma tfal.

Il-Kummissarju tal-Pulizija Brian O’Hara waqt li kien qiegħed jitkellem mal-midja qal “l-aggressur li spara lejn il-vittmi neħħa ruħu b’idejh wara li mar fuq wara tal-knisja.

Tifel li ra kollox iseħħ quddiemu qal li “l-ħabib tiegħu Victor salvali ħajti…” Dan hekk kif Victor qagħad fuq it-tifel biex jipproteġih. 

Iżda Victor kellu jiddaħħal l-Isptar minħabba ġrieħi serji li sofra biex ipproteġa lil dan it-tifel.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport